Rugby
Rugby: Il-partita mis-Six Nations bejn Franza u l-Iskozja posposta wara li plejer ieħor ittestja pożittiv għall-COVID-19

Il-partita mis-Six Nations bejn Franza u l-Iskozja ġiet posposta wara li plejer ieħor ittestja pożittiv għall-COVID-19.

L-organizzaturi qalu li issa t-total tal-plejers f’din il-partita nfettati telgħu għal 11.

Il-Federazzjoni Franċiża qalet li l-iskwadra kollha kienet f’iżolazzjoni u t-taħriġ kien ġie sospiż.

Il-partita kienet skedata għal Ħadd li ġej.

Diversi membri tal-iskwadra, inkluż il-kowċ Fabien Galthie, irriżultaw fil-pożittiv.

Franza jinsabu fl-ewwel post tal-klassifika wara żewġ partiti qabel Wales.

Huma qed jippruvaw jirbħu dan it-tournament għall-ewwel darba sa mill-2010.

Miktub minn...
TVM Sport