Rugby
Rugby: Il-plejers tal-Premiership isellmu lill-Prinċep Philip

Il-plejers tal-Premiership tal-unjoni tar-rugby fl-Ingilterra sellmu lill-Prinċep Philip fil-partiti ta’ din it-tmiem il-ġimgħa.

Ir-raġel tar-Reġina Eliżabetta, għal dawn l-aħħar 73 sena, miet il-Ġimgħa fl-età ta’ 99 sena.

Il-plejers, staff u uffiċjali kellhom ħewġ minuti silenzju qabel kull partita li ntlagħbet bejn il-Ġimgħa u lbieraħ.

Diversi dixxipplini sportivi oħra osservaw minuti ta’ silenzju bħall-Premier League Ingliż u t-tiġrijiet taż-żwiemel.

Miktub minn...
TVM Sport