Rugby
Rugby: Il-Prinċep Charles tal-Ingilterra jattendi sessjoni ta’ taħriġ ta’ Wales

Il-Prinċep Charles tal-Ingilterra attenda sessjoni ta’ taħriġ ta’ Wales li saret f’Tokjo qabel is-semifinali tat-Tazza tad-Dinja ta’ kontra l-Afrika t’Isfel il-Ħadd.

Il-Prinċep Chalres kien preżentat bi flokk tat-tim nazzjonali ta’ Wales mingħand il-captain Alun Wyn qabel ma ppoża għal ritratti tat-tim.

Fi 32 sena, Wales qatt ma rebħu t-Tazza tad-Dinja iżda lagħbu fl-aħħar żewġ semifinali tal-kompetizzjoni u tilfuhom it-tnejn.

Fis-semifinali tal-2011, huma tilfu 9-8 kontra Franza iżda ftit tal-jiem ilu għelbu lill-istess tim biex waslu sa din is-semifinali.

Miktub minn...
TVM Sport