Rugby
Rugby: Imut Christophe Dominici, l-ex plejer tat-tim nazzjonali Franċiż u ta’ Stade Francais

Tħabbret il-mewt ta’ Christophe Dominici, l-ex plejer tat-tim nazzjonali Franċiż u ta’ Stade Francais.

Domnici jibqa’ mfakkar għall-ġirjiet li kellu u li għamluh fost l-aqwa wingers fil-logħba fil-pajjiż ta’ kull żmien.

Hu kellu 48 sena u l-aħbar għamluha uffiċjali l-ex klabb tiegħu stess.

Dominici lagħab 67 partita ma’ Frana bejn l-1998 u l-2007 u jibqa’ mfakkar għat-try memorabbli li skurja fil-partita tat-Tazza tad-Dinja tal-1999 fir-rebħa ta’ 43 għal 31 kontra n-New Zealand.

Miktub minn...
TVM Sport