Rugby
Rugby: Imut il-plejer Ingliż Jordan Cox

Tħabbret il-mewt ta’ Jordan Cox, plejer Ingliż tar-rugby.

Cox kien ex plejer ta’ Hull KR u Warrington Wolves u fost l-aktar personaġġi popolari tar-rugby fl-Ingilterra.

Hu kellu 27 sena.

Il-kawża tal-mewt ta’ Cox għadha mhux magħrufa iżda rapporti qegħdin jgħidu li mhux relatata mal-coronavirus.

Iċ-Chairman ta’ Hull KR Neil Hudgell qal li l-mewt ta’ Cox hi xokk kbir għall-klabb tagħhom u għall-komunità kollha tar-rugby fl-Ingilterra.

Miktub minn...
TVM Sport