Rugby
Rugby: Imut il-plejer ta’ New Zealand, Sean Wainui, f’inċident tat-traffiku

Aħbar ta’ dieqa hekk kif id-difensur tat-tim nazzjonali tar-rugby ta’ New Zealand, Sean Wainui, miet f’inċident tat-traffiku fl-età ta’ 25 sena.

Fi stqarrija maħruġa minn New Zealand Rugby intqal li Wainui miet it-Tnejn f’inċident waħdu f’Omanawa.

Sean Wainui rrappreżenta lil pajjiżu 10 darbiet filwaqt li lagħab 44 darba fis-Super Rugby flimkien maċ-Chiefs.

Fil-passat hu kien jilgħab mal-Crusaders.

Miktub minn...
TVM Sport