Rugby
Rugby: Is-7’s Team tal-irġiel u tan-nisa se jkunu qed jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet internazzjonali ta’ dan is-sajf

L-Unjoni Maltija tar-Rugby ħabret li 7’s Team tal-irġiel u tan-nisa se jkunu qed jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet internazzjonali ta’ dan is-sajf.

It-tim nazzjonali Men 7’s se jkun qed jilgħab il-partita minn Conference 2 lejn l-aħħar ta’ Mejju li ġej f’Piestany fis-Slovakkja mentri t-tim tan-nisa se jkun qed jilgħab fil-bidu ta’ Ġunju f’Belgrad fis-Serbja.

Fl-istess waqt, il-Bord tad-Diretturi ta’ Rugby Europe ħadu d-deċiżjoni li jikkanċellaw l-istaġun 2020/21 tal-kompetizzjonijiet Conference level ta’ taħt il-15-il sena.

Dan ifisser li t-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena mhux se jkollu partiti x’jilgħab f’din is-sena.

Miktub minn...
TVM Sport