Rugby
Rugby: It-Tazza tad-Dinja tan-Nisa titmexxa għas-sena d-dieħla

Il-World Rugby irritifika rakomandazzjoni biex jipposponi t-Tazza tad-Dinja tar-rugby tan-nisa li kellha ssir din is-sena fi New Zealand u issa se tkun qed issir is-sena li ġejja.

Dan sar minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Tħabbar ukoll li l-World Rugby se tkun qed tikkumpensa maż-żewġ miljun ewro lill-unions tar-rugby li ntlaqtu minn din id-deċiżjoni.

Id-disa’ edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tar-rugby tan-nisa kellha ssir f’Auckland u Whangarei bejn it-18 ta’ Settembru u s-16 ta’ Ottubru li ġej.

Aktar minn 600 persuna bejn plejers, staff u ħaddiema tat-tournament mistennija jivvjaġġaw lejn il-pajjiż fejn issir it-Tazza tad-Dinja.

Miktub minn...
TVM Sport