Rugby
Rugby: Jarryd Hayne jintbagħat il-ħabs talli attakka mara sesswalment

L-ex plejer tal-kampjonat Awstraljan Jarryd Hayne ntbagħat ħames snin u disa’ xhur priġunerija talli assalta mara sesswalment fl-2018.

Hayne, ta’ 33 sena, instab ħati li f’Marzu li għadda, attakka mara ta’ 26 sena f’darha.

Hu kien ċaħad dawn l-akkużi u se jkun qed iservi tal-inqas 3 snin u 8 xhur ħabs.

Il-mara qalet lill-Qorti ta’ Sydney li dan l-att ta’ Hayne ħolqilha danni kbar, kemm fiżikament u anki menalment.

 

Miktub minn...
TVM Sport