Rugby
Rugby: L-Afrika t’Isfel jegħlbu lil Wales fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja…finali kontra l-Ingilterra

Rugby: L-Afrika t’Isfel jagħmluha għat-tielet finali fl-Istorja tagħhom meta llum fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja għelbu lil Wales b’punteġġ ta’ 19 għal 16.

Il-partita kienet waħda bilanċjata ħafna iżda l-Isprinboks dehru aktar kunfidenti lejn l-aħħar biex issa se jkollna ripetizzjoni tal-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2007 kontra l-Ingilterra.

Wales baqgħu fil-partita sakemm l-iskor kien għadu 16-16 iżda lejn l-aħħar fażijiet l-Afrika t’Isfel urew aktar determinazzjoni li ppremjathom għal dik li qed tissejjaħ li tista’ tkun waħda mill-isbaħ finali fl-Istorja tar-rugby.

Miktub minn...
TVM Sport