Rugby
Rugby: L-ex plejer Awstraljan Rowan Baxter joqtol lil familtu u jneħħi ħajtu b’idu ftit wara

Rugby: Aħbar ta’ niket mill-Awstralja hekk kif Rowan Baxter, l-ex plejer Awstraljan tar-rugby, neħħa ħajtu b’idu wara li sakkar lil martu u lit-tliet uliedu fil-karozza, ħasilha bil-fuel u taha n-nar.

Il-Pulizija ta’ Queensland qalu li Baxter neħħa ħajtu viċin il-karozza fejn ftit sekondi qabel kien qatel lil familtu.

L-uniku persuna li ma mititx mill-ewwel f’dan l-inċident kienet martu Hannah li ttieħdet fl-isptar b’urġenza fl-ambulanza iżda tilfet ħajjitha aktar tard mal-lejl.

Il-Pulizija iddeskrivew dan l-inċident bħala wieħed tal-biża’.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Rugby

Il-kowċ tat-tim nazzjonali tar-rugby tal-Ingilterra Eddie Jones qal li l-plejers fl-iskwadra jistgħu jinbidlu sa 60% tagħhom sat-Tazza tad-Dinja li jmiss tal-20213. Il-ġimgħa li għaddiet, il-federazzjoni tar-rugby fl-Ingilterra ħabbret li Jones…

Rugby

Il-kowċ Eddie Jones laħaq ftehim sabiex jestendi l-kuntratt tiegħu hu jibqa’ jmexxi lit-team Nazzjonali tar-Rugby Union tal-Ingilterra għal erba’ snin oħra. Issa Jones se jkun qed imexxi lit-team Nazzjonali Ingliż…

Rugby

Daqqa ta’ ħarta kbira għar-rugby fl-Istati Uniti, wara li l-assoċjazzjoni ġiet iddikjarata falluta. L-Assoċjazzjoni tar-Rugby qalet li r-restrizzjonijiet finanzjarji li komplew jagħfsu bil-pandemija tal-coronavirus għamluha impossibbli li jsalvaw. Il-bord tad-diretturi…

Rugby

Fl-Isfond tal-kriżi COVID-19 ġiet affetwata wkoll il-kommunita’ kbira tar-Rugby Lokali. Il-Malta Rugby Football Union ħadet l-inizjattiva li tibgħat messaġġ ta’ kuraġġ lill-players, uffiċjali, coaches u dilettanti bil-parteċipazzjoni ta’ diversi stakeholders…

Aktar