Rugby
Rugby: L-Irlanda jegħlbu lil Samoa fl-aħħar partita minn Pool A tat-Tazza tad-Dinja

Minkejja li b’14-il plejer għal 50 minuta, l-Irlanda għelbu lis-Samoa bi skor ta’ 47 għal 5 fl-aħħar partita minn Pool A tat-Tazza tad-Dinja li ntlagħbet illum.

Is-Centre tal-Irlanda Bundee Aki sar is-seba’ plejer tat-tournament li ntwera l-karta l-ħamra wara high tackle li għamel fuq Ulupano Seuteni fid-29 minuta.

Minkejja dan, l-Irlandiżi dehru wisq superjuri għall-avversarji tagħhom u komplew ikunu l-aħjar tim sal-aħħar tal-partita.

L-Irlanda issa jilagħbu fil-kwarti tal-finali kontra r-rebbieħ tal-partita ta’ għada bejn il-Ġappun u l-Iskozja.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Rugby

Il-linja tal-ajru ta’ New Zealand ħarġet filmat biex tinki lill-partitarji Irlandiżi qabel il-kwartifinali tas-Sibt fit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby. Il-filmat jagħti ‘struzzjonijiet ta’ sigurtà’ lill-partitarji Irlandiżi li għandhom jistennew xi turbulenzi fl-Istadium…

Fil-Ġappun, it-timijiet li kkwalifikaw għall-kwartifinali bħalissa qegħdin jippreparaw għal-logħbiet mistennija li jibdew minn nhar is-Sibt li ġej. Iċ-champions renjanti New Zealand ser ikomplu d-difiża tat-titlu kontra l-Irlanda, logħba li hija…

Rugby

Emozzjonijiet u ċelebrazzjonijiet kbar fil-Ġappun hekk kif il-Ħadd, it-tim nazzjonali tar-Rugby sorprendentament għeleb lill-Iskozja u għall-ewwel darba fl-istorja għadda għall-kwartifinali. Kien il-winger Kenki Fukuoka li f’żewġ okkażjonijiet separati wera l-qawwa…

Aktar