Rugby
Rugby: “L-iskwadra għat-Tazza tad-Dinja 2023 tista’ tinbidel b’60%” – Eddie Jones, kowċ tal-Ingilterra

Il-kowċ tat-tim nazzjonali tar-rugby tal-Ingilterra Eddie Jones qal li l-plejers fl-iskwadra jistgħu jinbidlu sa 60% tagħhom sat-Tazza tad-Dinja li jmiss tal-20213.

Il-ġimgħa li għaddiet, il-federazzjoni tar-rugby fl-Ingilterra ħabbret li Jones estenda l-kuntratt tiegħu proprju sat-Tazza tad-Dinja tal-2023 li se ssir fi Franza.

Il-kowċ ta’ 60 sena diġà qal li se jkun qed jagħmel tibdil kbir fit-tim u se jdaħħal diversi plejers ġodda u żgħażagħ.

L-Ingilterra tilfu l-finali tat-Tazza tad-Dinja tas-sena l-oħra kontra l-Afrika t’Isfel.

Miktub minn...
TVM Sport