Rugby
Rugby League: Logħba ta’ ħbiberija bejn il-Maltin u selezzjoni ta’ barranin

Il-Ħadd fil-Marsa Sports Complex ser issir logħba organizzata mill-Malta Rugby League b’attivita msejħa bħala State of Origin. F’din il-logħba il-plejers Maltin tar-rugby ser jiffaċċjaw lill-plejers barranin li jgħixu Malta u li jipprattikaw dan l-isport f’pajjiżna. 

L-attivita’ State of Origin issir ukoll fl-Awstralja u l-President Jean Pierre Zarb flimkien mal-kumitat ħaseb sabiex tittella’ din il-logħba li għandha tkun ferm mistennija mal-pubbliku sportiv Malti. 

F’dan ix-xahar it-tim Malti beda jitħarreġ sabiex ikun iktar ippreparat għal din il-logħba. Sena ilu l-istess skwadra lagħbet kontra l-Ukrajna u minkejja li tilfu bi skor minimu, taw wirja mill-aqwa. 

Il-logħba tibda fil-ħamsa ta’ waranofsinhar u dawk kollha li jattendu għal din il-partita għandhom iċ-ċans jirbħu flokk ffirmat mill-plejers tat-tim nazzjonali Malti tar-Malta Rugby League.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Rugby

Rugby Europe – Grupp Conference 1 South Malta…..16 Ċipru…..18 Wara li ftit tal-ġramet ilu Malta għelbet lil Slovenja bil-puntegg ta’42 kontra 14, illum it-tim Malti tilef kontra Ċipru bl-skor ta’…

Rugby

Wara r-rebħa away mas-Slovenja, it-team nazzjonali Malti tar-Rugby jirritorna fl-azzjoni nhar is-Sibt meta jiffaċċja lil Ċipru fil-Hibernians Stadium. Il-konfront huwa t-tieni wieħed għal Malta fil-grupp Conference 1 South ta’ Rugby…

Rugby

Mir-Rugby Europe Conference South 1, Malta ħadet l-ewwel rebħa tal-istaġun 2019/20 meta għelbet lill-Islovenja bil-punteġġ 42 għal 14. Din kienet l-ewwel logħba għal dan l-istaġun, bit-tim Malti kien qiegħed jilgħab…

Aktar