Rugby
Rugby: Malta – Ċipru, is-Sibt li ġej fis-14.00, fil-Hibernians Stadium, f’Kordin

Wara r-rebħa away mas-Slovenja, it-team nazzjonali Malti tar-Rugby jirritorna fl-azzjoni nhar is-Sibt meta jiffaċċja lil Ċipru fil-Hibernians Stadium.

Il-konfront huwa t-tieni wieħed għal Malta fil-grupp Conference 1 South ta’ Rugby Europe u għalkemm qed jistenna oppożizzjoni iebsa, il-coach Damian Neil huwa fiduċjuż minn rebħa oħra:

F’Conference 1 South jilagħbu ħames timijiet: ma’ Malta, Ċipru u s-Slovenja hemm ukoll Iżrael u l-Kroazja. Ir-rebbieħ tal-grupp jilgħab play-off mar-rebbieħ ta’ Conference 1 North għall-promozzjoni fid-diviżjoni European Trophy. Malta ġiet l-ewwel f’Conference 1 South fl-aħħar tliet edizzjonijiet imma għal raġunijiet varji qatt ma’ ħadet il-promozzjoni.

Dis-sena iżda fi kliem il-president tal-Malta Rugby Football Union Kevin Buttigieg, il-mira hija l-ewwel post fil-grupp u l-promozzjoni. Buttigieg qal ukoll li l-MRFU qed taħdem biex tikseb aktar appoġġ finanzjarju mill-isponsors u anke minn SportMalta issa li r-Rugby Sevens huwa kkonfermat bħala wieħed mill-isports fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa f’Malta fl-2023.

Għal kontra Ċipru intant Damian Neil sejjaħ skwadra ta’ 23 player bi tliet tibdiliet mis-Slovenja. Tlettax mill-players jilagħbu ma’ timijiet lokali.

Kemm Neil u kemm Buttigieg appellaw għall-ikbar sapport possibbli mill-partitarji lokali għal nhar is-Sibt. Malta – Ċipru, kick-off fis-14.00, se tkun segwita minn TVMSport.

Miktub minn...
TVM Sport