Rugby
Rugby: Malta titla’ tliet postijiet fir-rankings tal-World Rugby, issa fid-39 post

Rugby: Iż-żewġ rebħiet f’temp ta’ ġimgħa tat-team nazzjonali Malti tar-Rugby Union kontra l-Bożnja Ħerżegovina u l-Kroazja wasslu sabiex Malta titla’ f’post numru 39 tar-rankings tad-Dinja.

Ir-Rankings kienu ppublikati illum mill-World Rugby fejn Malta telgħet tliet pożizzjonijiet mir-rankings tal-federazzjoni mondjali ta’ dan l-Isport li b’kollox tiġbor fi ħdanha xejn inqas minn 103 pajjiż. L-ewwel ħames postijiet fir-rankings baqgħu l-istess bi New Zealand l-ewwel, l-Ingilterra t-tieni, l-Awstralja fit-tielet post fir-rankings, ir-raba’ l-Irlanda u fil-ħames post l-Afrika t’Isfel.

Bid-39 post fir-ranking Malta qedgħa quddiem pajjiżi ewropej bħal Kroazja, Latvja, Sveżja, Slovenja, l-Ungerija, l-Awstrija, Danimarka u l-Greċja.

Il-Logħba li jmiss mill-Grupp Conference 1 South għa-team Nazzjonali Malti issa tkun kontra l-Iżrael fis-17 ta’ Marzu tas-sena d-dieħla.

Ritratt: worldrugby.org

 

Miktub minn...
TVM Sport
.