Rugby: Overseas jirbħu r-Ray Eliott Cup 2016

Rugby: Fil-Marsa saret l-ewwel kompetizzjoni uffiċjali tal-istaġun tal-Malta Rugby Football Union bil-finali tar-Ray Eliott Cup finali bejn Overseas u Stompers.

Kienu Stompers li rebħu 4- għal 27 f’logħba li fiha għamlu rimonta kbira hekk kif sa tmiem l-ewwel 40 minuta huma kienu qed jitilfu 27 -0.

Wara l-logħba s-Sinjura Carmen Eliott ippreżentat ir-Ray Eliott Cup lil captian ta’ Overseas Anthony Harvey.

Ray Eliott kien wieħed mil-pijunieri tar-Rugby f’Malta meta kien jikkowċja lill-Kavallieri fil-bidu tal-Rugby f’Malta. Intant id-dilettanti tar-Rugby se jerġa’ jkollhom l-opportunita’ li jsegwu l-andament tal-kampjonat permezz tal-programm Ruggers li se jibda jixxandar fuq TVM2 kull nhar ta’ Tlieta fis-7pm.

Miktub minn...
TVM Sport
.