Rugby – Stompers jirbħu l-Mediterranean Bank Cup

Jiġi fi tmiemu l-istaġun tar-Rugby lokali meta fil-ground tal-Marsa ntlabet il-finali tal-Mediterranean Bank Cup li fiha t-team ta’ Stompers għeleb lil Kavallieri bl-iscore finali ta’ 24-23.

Finali nteressanti fejn sal-mistrieħ kienu Kavallieri fil-vantaġġ bil-punteġġ ta’ 13-5 iżda fit-tieni taqsima Stompers irkupraw tajjeb biex rebħu t-tieni unur tagħhom dan l-istaġun.

Wara din il-finali gew ippreżentati t-trofej u l-medalji f’diversi kategoriji, l-preżentazzjoni saret mill-Viċi President tal-MRFU Joe Borda u l-manager tal-bank Antoine Galea DeMarco.

Sadanittant fil-kategorija ta’ taħt it-tmintax-il sena ic-champions spiċċaw Kavallieri, fit-tieni diviżjoni l-Kampjonat intrebaħ minn Falcons RFC.

Runners Up tal-finali tal-lum Kavallieri, filwaqt li Stompers għamlu d-double meta rebħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni u l-finali tal-lum fejn il-captain tagħhom Matthew Camilleri irċieva dawn l-unuri.

Fil-kategorija tat-tfajliet it-team ta’ Falcons rebaħ żewġ unuri, l-Ben Bennet Sevens Cup u l-Mediterranean Bank Tense Cup.

Intant qabel din il-finali sar tournament internazzjonali għal players veterani.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Hockey

Il-Ħadd jiftaħ it-tielet u l-aħħar round tal-kampjonat bil-logħba Rabat kontra White Hart fid-9:00am waqt li fl-11.00am hemm il-logħba ferm mistennija bejna Qormi Daikin u Sliema Hs. Logħba, li għalkemm mhux…

Waterpolo

Mil-lejla, fil-pixxina nazzjonali f’Tal-Qroqq, ser jingħata bidu għall-Kampjonat tax-Xitwa tal-Waterpolo. Wara t-tmiem tat-Tazza Enemed nhar it-Tlieta li għadda, issa jmiss li jibdew jintlagħbu l-kampjonati domestiċi, il-Kampjonat Premier u l-Kampjonat tal-Ewwel…

Atletika

Esperjenza mill-aqwa għaż-żgħażagħ Maltin fl-iSpecial Olympics World Games li saru f’Abu Dhabi mill-Ħamis 14 ta’ Marzu u li ser jiġu fi tmiemhom aktar tard illum biċ-ċerimonja tal-għeluq. Dan kien l-akbar…

Kickboxing

Proprju nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Marzu, l-atleta professjonali Samuele Andolina mill-Ying Yang Team Noel Kickboxing Club Fgura ser ikun fi triqtu lejn l-Italja sabiex jieħu sehem f’serata tal-arti marzjali bl-isem…

Aktar