Rugby
Rugby, Tazza tad-Dinja: L-Afrika t’Isfel tegħleb lill-Italja f’Pool B

L-Afrika t’Isfel kellhom wirja kbira f’Pool B meta għelbu lill-Italja b’punteġġ ta’ 49 għal 3.

B’din ir-rebħa, l-Afrika t’Isfel qabżu lill-istess Italja u n-New Zealand biex telgħu fl-ewwel post tal-grupp.

Il-partita mill-ewwel bdiet għat-tela’ għall-Italja meta għalihom tkeċċa Andrea Lovotti, fost l-aqwa plejers fit-tim.

Iċ-ċansijiet tal-Italja li jibqgħu għaddejjin fit-Tazza tad-Dinja huma żgħar ħafna peress li jmisshom l-aħħar partita f’Pool B kontra ċ-champions tad-Dinja, New Zeland.

Miktub minn...
TVM Sport