Rugby
Rugby, Tazza tad-Dinja: Rebħa oħra għall-Afrika t’Isfel kontra l-Kanada

Hat-trick ta’ tries minn Cobus Reinach fi 11-il minuta għenu lill-Afrika t’Isfel biex jegħlbu lill-Kanada bi skor ta’ 66 għal 7 fl-aħħar partita tal-grupp tat-Tazza tad-Dinja tar-rugby.

Din kienet il-500 partita fl-Istorja għall-Afrika t’Isfel fir-rugby.

Il-partita ntlagħbet fil-Kobe Misaki Stadiumu l-partita mill-ewwel bdiet għat-telgħa għall-Kanadiżi meta għalihom tkeċċa Josh larsen eżatt qabel il-mistrieħ.

L-Ispringboks xorta baqgħu l-aħjar tim fit-tieni taqsima biex akkwistaw rebħa mistħoqqa biex akkwistaw tliet rebħiet minn tliet partiti f’Pool B u issa għaddew għar-rawnd li jmiss.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Rugby

Il-World Rugby u New Zealand Rugby żvelaw id-dettalji tat-Tazza tad-Dinja tar-Rugby tan-Nisa għall-edizzjoni tas-sena li ġejja. Il-finali, semifinali u l-logħba għat-tielet post ser jintlagħbu fl-akbar stadium li hemm fi New…

Rugby

New Zealand ħabbru l-kowċ il-ġdid tat-tim tar-Rugby wara li Steve Hansen waqaf mill-kariga wara t-Tazza tad-Dinja li ntemmet f’Novembru li għadda. Ian Foster, li kien l-assistent ta’ Hansen, inħatar bħala…

Aktar