Rugby
Rugby, Tazza tad-Dinja: Rebħiet għan-New Zealand u Franza

Iċ-Champions tad-Dinja New Zealand kellhom rebħa kbira kontra n-Namibia bi skor finali ta’ 71 għal 9 biex telgħu fl-ewwel post ta’ Pool B.

Il-partita ntlagħbet f’Tokjo dalgħodu.

New Zealand kellhom 11-il try u urew dominanza f’kull settur tal-pitch biex qatt ma taw lill-avversarji biex b’xi mod jidħlu fil-partita.

L-All Blacks issa jmisshom l-aħħar partita tal-grupp kontra l-Italja.

In-Namibia baqgħu tim li qatt ma rebaħ partita fit-Tazza tad-Dinja mit-22 li lagħbu.

F’partita oħra, Franza għaddew għall-kwarti tal-finali meta dalgħodu għelbu lit-Tonga bi skor ta’ 23 għal 21, f’partita mill-isbaħ u kumbattuta sal-aħħar.

B’din ir-rebħa, Franza ingħaqgħqu mal-Ingilterra f’Pool C biex għaddew għar-rawnd li jmiss u temmew kull ċans għall-Arġentina li jikkwalifikaw.

Franza u l-Ingilterra jmisshom jilagħbu l-aħħar partita minn Pool C kontra xulxin is-Sibt li ġej. Ir-rebbieħ itemm fil-quċċata ta’ Pool C.

Miktub minn...
TVM Sport