Rugby
FILMAT – Rugby Union: Telfa xejn mistennija għal Malta kontra Ċipru fl-aħħar mumenti tal-partita

Rugby Europe – Grupp Conference 1 South

Malta…..16

Ċipru…..18

Wara li ftit tal-ġramet ilu Malta għelbet lil Slovenja bil-puntegg ta’42 kontra 14, illum it-tim Malti tilef kontra Ċipru bl-skor ta’ 16 kontra 18.

It-tim ċiprijott ħareġ aggressiv ħafna u wara biss 4 minuti logħob marru fil-vantagg minn penalty li ngħata minn Marcus Holden.

Iżda erba’ minuti wara kienu l-Maltin  li marru fil-vantaġġ bi try ta’ Harry Collins iżda l-convertion ta’ wara kienet żbaljata.

Fit-22 minuta Ċipru dawru il-punteġġ bi try ta’ Dom Georgiou u convertion ta’ Marcus Holden, u ftit wara l-istess plejer għamel l-skor 13-5 minn penalty ieħor.

Fit-33 minuta t-tim Malti għamel try permezz ta’ Richard Gum iżda il-convertion ġiet żbaljata għal darba oħra.

Fil-bidu tat-tieni taqsima, l-Maltin kisbu dro bi tliet punti oħra permezz ta’ penalty kważi minn nofs ground li ngħata minn Christopher  Dudman għal skor ta’ 13-13.

Fit 22 minuta reġa’ kien Dudman li minn penalty ieħor ta’ vantagg lit-tim Malti.

Lejn tmiem il-logħba ċ-Ċiprijotti kisbu il-vantagg bi try ta’ Dom Georgiou iżda fallew il-convertion, biex finalment ħarġu rebbieħa.

Referee : Ethan Glass (Svizzera).

 

Miktub minn...
TVM Sport