Rugby
Rugby: Tliet plejers tal-Arġentina sospiżi mit-tim nazzjonali minħabba kummenti razzisti

Pablo Matera, il-captain tat-tim nazzjonali tal-Arġentina, tneżżha mill-faxxa tiegħu u ġie sospiż mit-tim nazzjonali wara kummenti razzisti li kiteb fil-media soċjali.

Flimkien ma’ Matera ġew sospiżi mit-tim Guido Petti u Santiago Socino talli għamlu l-istess.

Kienet l-Unjoni tar-rugby tal-Arġentina li taw din l-aħbar dalgħodu.

Dawn il-kummenti razzisti qed jitqiesu bħala skandlu fil-pajjiż ftit jiem qabel il-finali tat-Tri-Nations li l-Arġentina trid tilgħab kontra l-Awstralja f’Sydney il-Ħadd li ġej.

Il-profili tat-tliet plejers kienu ingħaqlu ftit tal-ħin wara iżda kienu ttiħdulhom screen shots ta’ dawn il-kummenti li tresqu provi kontriehom.

Miktub minn...
TVM Sport