Rugby Union: Malta kontra Iżrael nhar is-Sibt fis-2pm f’Kordin

Nhar is-Sibt it-team nazzjonali Malti mmexxi minn Damien neil jerġa’ jkun fl-azzjoni f’pajjiżna din id-darba kontra Iżrael.

Din se tkun l-aħħar logħba ta’ dan il-grupp ta’ kwalifikazzjoni magħruf bħala ENC l-European Nations Cup Tieni Diviżjoni Grupp A għaliex b’din il-logħba jiġu fi tmiemhom it-8 logħbiet minn dan il-grupp li ilhom jintlagħbu sa minn Oittubru tas-sena 2014.

It-Team Malti ġej minn telfa kbira kontra l-Iżvizzera logħba li ntlagħbet fi tmiem il-ġimgħa l-oħra barra minn darna fi Fribourg, meta l-Maltin tilfu bl-iskor ta’ 29-3.

F’Konferenza Stampa il-kowċ Nazzjonali Damien Neil insista li l-players tiegħu iridu jinsew kemm jista’ jkun malajr dak il-konfront kontra l-Iżvizzera sabiex dan il-Grupp jintemm b’rebħa quddiem il-pubbliku Malti.

Damien Neil spjega li minkejja li t-team tiegħu kien irnexxielu jirbaħ lill-Iżrael f’April tas-sena l-oħra 16-13 dik tas-Sibt se tkun logħba totalment diffeenti fejn Iżrael se jilagħbu żgur differenti wara li studjaw l-aħjar players Maltin.

F’dan il-Grupp Malta rebħet biss darbtejn kontra l-istess Iżrael u kontra l-Kroazja homa fejn hemm ottimiżmu li r-rebħiet ikunu tlieta b’rebħa possibbli fuq Iżrael quddiem il-mijiet li se jmorru jagħtu s-sapport tagħhom is-Sibt.

Il-Logħba Malta iżrael tintlgħab is-Sibt fis-2pm fil-Hibernians Stadium f’Kordin.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.