Ċikliżmu
Russ Mantle jaqdef miljun mil bir-rota

Russ Mantle ta’ 82 sena sar l-ewwel Brittaniku li qadef miljun mil f’ħajtu. Mantle laħaq dan it-tragward f’67 sena, u dan għaliex beda jżomm il-mili li jagħmel bir-rota li kien xtara fl-1952. Russ Mantle bena ‘relazzjoni ta’ mħabba’ mar-rota Coventry Eagle, għaliex f’67 sena ma telaqha qatt, u dejjem użaha sabiex imur minn post għall-ieħor. Mantle kien imur għax-xogħol bir-rota, u ħa sehem f’diversi tlielaq lokali minbarra li biha tela’ fuq muntanji fl-Ewropa u l-Istati Uniti.

Għalkemm Mantle jammetti li m’għadux fiżikament kif kien, xorta waħda jipprova li jsuq madwar 25 sa 30 mil kull meta jkun jista’. Skontu, matul din is-sena ser ikun għamel 8,000 mil, l-inqas numru ta’ mili li ser ikun għamel kemm ilu jaqdef fuq ir-rota.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

L-Awstraljan Kejlib Ewan rebaħ it-Tour de France Shanghai Criterium fi sprint finali ma’ Matteo Trentin u Steven Krujwik. Iċ-champion tat-Tour De France Egan Bernal tal-Kolombja libes il-flokk l-isfar matul din…

Ċikliżmu

Tħabbret il-mewt taċ-ċiklist Franċiż Raymond Poulidor, magħruf l-aktar għal kemm-il darba kien viċin li jirbaħ it-Tour De France u falla bi ftit anki jekk rebaħ seba’ stadji. Poulidor kellu 83…

Ċikliżmu

L-istaġun tal-Cross Country fil-Mountain Bike  għall- 2019 ġie fi tmiemu l-Ħadd filgħodu meta l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Mountain Bike ospitat il-Kampjonati Nazzjonali Trustmoore fil-Park Nazzjonali tal-Majjistral, mgħaruf għaż-żoni esposti u tekniċi. Il-bidliet…

Ċikliżmu

Ferħ kbir fil-Ġappun hekk kif iċ-ċiklist Ġappuniż Yukiya Arashiro b’sorpriża rebaħ is-Saitama Criterium. Iċ-ċiklist ta’ Bahrain-Merida kellu sfida qawwija minn Egan Bernal, ir-rebbieħ tat-Tour De France u Primoz Roglic iżda…

Aktar