Sports Internazzjonali
Ryan Callinan jaħsad lil kulħadd fis-Surfing

L-Awstraljan Ryan Callinan ħasad lil kulħadd fid-dinja tas-surfing, meta fil-World Surf League lbieraħ, irnexxielu jelimina lil Filipe Toledo li kien jinsab fil-quċċata tal-klassifika. Callinan irċieva wildcard għaliex kien l-aħjar surfer mhux professjonali, u b’din l-eliminazzjoni issa kollox huwa miftuħ beraħ, u s-surfer Gabriel Medina għandu ċans tad-deheb li jirbaħ il-kampjonat hu.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Delegazzjoni mill-Korea ta’ Fuq u mill-Korea t’Isfel waslu f’Lausanne, l-Iżvizzera, sabiex jibdew id-diskussjonijiet ħalli fl-2032 jospitaw l-Olimpjadi. Matul il-ġurnata tal-bieraħ saru laqgħat preparatorji bejn rappreżentanti tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u d-delegazzjoni…

Formula 1

It-tim il-ġdid tal-Formula 1,  Racing Point, ilbieraħ nedew il-karozza l-ġdida għall-istaġun 2019 li ser jibda ftit tal-ġimgħat oħra. It-tim, li sal-istaġun li għadda kien jismu Force India, qegħdin jippruvaw jibdew…

Formula 1

  Formula 1: It-team ibbażat fl-Italja t-Toro Rosso sar it-tieni team din is-sena li nieda l-karozza l-ġdida għas-sena 2019. Dan it-team ippreżenta l-karozza l-ġdida STR14 hekk kif il-kampjonat tal-Formula 1…

Formula 1

Fid-dar tal-irkant Artcurial ta’ Pariġi fi Franza, karozza tal-lego ġabet is-somma ta’ €95,300. Din il-karozza mibnija mir-Renault u l-Formula 1 fiha 313,000 bricks tal-lego mdawra ma’ struttura tal-ħadid. Il-karozza tal-lego…

Aktar