Oħrajn
Ryan Crouser tal-Istati Uniti jwaqqaf rekord ieħor tal-indoor fix-shot put meta tefa’ t-tul ta’ 22.82 metri

Iċ-champion Olimpiku tax-shot put Ryan Crouser tal-Istati Uniti, waqqaf rekord ieħor tal-indoor fix-shot put meta tefa’ t-tul ta’ 22.82 metri.

Dan ir-rekord sar fl-American Track League series f’Fayetteville, il-Ħadd li għadda.

Crouser, li kien rebaħ il-Midalja tad-Deheb fl-Olimpjadi ta’ Rio fl-2016 kiser dan ir-rekord li kien tal-Amerikan Randy Barnes li fl-1989 tefa’ 22.66 metri.

 

Miktub minn...
TVM Sport