Futbol internazzjonali
Ryan Giggs għall-Qorti l-Erbgħa li ġej, jitneħħa minn kowċ nazzjonali ta’ Wales

L-ex plejer u still ta’ Manchester United, Ryan Giggs, se jitressaq il-Qorti l-Erbgħa li ġej b’rabta ma’ ġlied u swat fuq żewġ tfajliet.

Giggs, ta’ 47 sena, kien akkużat li weġġa’ mara ta’ 30 sena u oħra ta’ 20 sena u bi mġieba ħażina bejn l-2017 u l-2020.

Sal-bieraħ, Giggs kien għadu kowċ nazzjonali ta’ Wales iżda l-Assoċjazzjoni qalet li wara dawn l-akkużi se twaqqaflu l-kuntratt.

Minfloku nħatar il-manager Robert Page li se jkun qed imexxi lil Wales għall-EURO 2020.

F’Novembru li għadda, meta seħħ l-inċident, Giggs kien tilef xi partiti internazzjonali u sa dak iż-żmien, hu kien ċaħad dawn l-akkużi.

Giggs se jkun qed jitressaq fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Salfrod, f’Manchester.

Ryan Giggs lagħab 963 partita fi 23 sena ma’ Manchester United u magħhom rebaħ 13-il kampjonat.

 

Miktub minn...
TVM Sport