Futbol internazzjonali
Ryan Giggs ippreżentat bħala kowċ Nazzjonali ta’ Wales

Ryan Giggs hu l-kowċ Nazzjonali ġdid tat-team tal-Football ta’ Wales. L-eks player ta’ Man Utd li għandu 44 sena inħatar f’din il-kariga b’kuntratt ta’ erba’ snin.

Giggs se jkun qed jieħu l-irwol ta’ coach wara li l-eks coach Nazzjonali Chris Coleman li kien mexxa lit-team nazzjonali ta’ Wales sas-semi finali tal-Euro 2016 kien irriżenja.

Wara xejn inqas minn 64 logħba bil-flokk tat-team Nazzjonali ta’ pajjiżu u karriera twil ma’ Manchester United bħala player Giggs ingħaqad fl-istaff tekniku tal-coach Louis van Gaal ma’ Manchetser United għal żewġ staġuni. L-Ewwel logħba ta’ Giggs bħala kowċ ta’ Wales se tkun kontra f’partita ta’ ħbiberija kontra ċ-Ċina.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.