Futbol internazzjonali
Ryan Giggs iwieġeb mhux ħati li sawwat lill-ex sieħba tiegħu

L-ex manager tat-tim nazzjonali ta’ Wales, Ryan Giggs, wieġeb mhux ħati fil-Qorti li sawwat lill-ex sieħba tiegħu.

Giggs ċaħad li qatt refa’ jdejh fuq Kate Greville u oħta Emma, meta kienu f’daru f’Salford, f’Novembru li għadda.

Ilbieraħ, fil-Qorti Crown Court ta’ Manchester, Giggs kien akkużat ukoll li f’każ ieħor meta kien għal btala mal-ex sieħba tiegħu, kellhom argument u tefaha l-barra mill-kamra tal-lukanda bla ħwejjeġ.

Giggs ċaħad anki din l-akkuża.

Il-każ mistenni jkompli fil-jiem li ġejjin.

Miktub minn...
TVM Sport