Futbol internazzjonali
Ryan Giggs jiċħad akkużi li aggredixxa tfajla ta’ madwar 30 sena

Il-manager u l-ex plejer ta’ Wales Ryan Giggs ċaħad akkużi li aggredixxa u sawwat tfajla ta’ madwar 30 sena wara li l-media Ingliża rrapurtat li ġie arrestat minħabba dan.

Il-gazzetta The Sun irrapurtat li Giggs ta’ 46 sena ta fastidju u sawwat tfajla li għandha madwar 30 sena u kkważala feriti ħfief.

Fl-istess rapporti ingħad li l-Pulizija marru fid-dar tal-ex plejer ta’ Manchester United biex jikkalmaw is-sitwazzjoni u li Giggs ingħata l-ħelsien mill-arrest.

L-Assoċjazzjoni tal-futbol ta’ Wales qalu li huma infurmati b’dawn ir-rapporti u qed jinvestigaw huma stess x’seta ġara.

Miktub minn...
TVM Sport