Formula 1
Saħħet Michael Schumacher taqleb għall-aħjar: “Qed isegwi t-tlielaq minn fuq it-televiżjoni” – Jean Todt

Fl-aħħar ġimgħat, saħħet Michael Schumacher qalbet għall-aħjar u qed isegwi l-kampjonat tal-Formula 1 minn fuq it-televiżjoni.

Din l-aħbar żvelaha Jean Todt, ħabib intimu tal-Ġermaniż u l-imgħallem tiegħu fi żmien meta kien sewwieq mal-Ferrari, f’intervista li ta fuq Radio Monte-Carlo.

Todt qal li Schumacher ilu jagħmel progressi tajbin għal dawn l-aħħar xhur u kien hemm tlielaq tal-Grand Prix li rawhom saħansitra t-tnejn flimkien.

“Jien mhux se ngħid xi ħaġa li ma tkunx. Il-Grand Prix tal-Ġermanja rajniha flimkien,” qal Todt.

Madankollu, Todt qal li l-fatt li Schumacher għadu jsibu xi ftit diffiċli biex jitkellem qed tagħmillu d-dwejjaq.

“Jien niftakru fl-aqwa tiegħu. Michael qed jiġġieled biex jerġa’ jakkwista ħajtu. Familtu qed jiġġieldu miegħu. Ċert li se jirbaħ din il-ġlieda,” qal Todt.

Fil-preżent, Jean Todt hu l-Kap tal-FIA u regolarment imur iżur lil Schumacher fl-Iżvizzera.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Formula Wieħed, il-Finlandiż Kimi Raikkonen bil-karozza Alfa Romeo C39 fuq quddiem bl-aħjar ħin fit-tieni jum ta’ testijiet ta’ qabel l-istaġun f’Barcelona bl-aktar dawra veloċi f’minuta, sbatax punt żero disgħa wieħed…

Formula 1

Il-kostrutturi Williams nhedew il-karozza l-ġdida tagħhom hekk kif l-ex champions tad-dinja se jkunu qed jippruvaw jagħmlu qabża fil-kwalità wara l-aħħar staġun fallimentari li kellhom li fih spiċċaw fl-aħħar post. It-tim…

Formula 1

Il-Ferrari żvelaw il-karozza l-ġdida tagħhom għall-istaġun li ġej bl-isem ta’ SF 1000. Iċ-ċermonja saret fit-Teatro Valli, f’Reggio Emilia u bdiet b’diskors minn Louis Camilleri, Kap Eżekuttiv tal-Ferrari. Il-Ferrari se jkunu…

Formula 1

L-Awtoritajiet tal-isport f’Shanghai rrikomandaw is-sospensjoni tal-attivitajiet sportivi kollha tal-pajjiż minħabba l-marda tal-coronavirus. L-awtoritajiet komplew jitfgħu aktar dubji dwar il-Grand Prix fiċ-Ċina u jekk jaqbilx li ssir jew le. Ir-raba’ Grand…

Aktar