Futbol internazzjonali
Salah u Elneny għadhom pożittivi għall-Covid-19

L-attakkant ta’ Liverpool Mohamed Salah u l-midfielder t’Arsenal Mohamed Elneny għadhom pożittivi għall-coronavirus. Wara li aktar kmieni ż-żewġ Eġizzjani kellhom iħallu lil sħabhom tat-tim nazzjonali wara li nstab li kienu pożittivi għall-Covid-19, ilbieraħ sarilhom test ieħor li iżda xorta rriżulta fil-pożittiv. Salah ilu pożittiv għall-Covid-19 minn nhar il-Ġimgħa, filwaqt li Elneny instab pożittiv nhar it-Tnejn li għadda.

Salah ser jitlef il-logħba importanti li Liverpool għandhom kontra Leicester City il-Ħadd li ġej, l-istess kif Elneny ser jitlef il-logħba li Arsenal għandhom kontra Leeds United. Minbarra dawn il-logħbiet, il-plejers Eġizzjani ser jitilfu wkoll il-logħob fil-kompetizzjonijiet Ewropej tal-ġimgħa d-dieħla. Salah mhux ser inkluż għal-logħba li Liverpool għandhom kontra Atalanta mill-UEFA Champions League, filwaqt li Elneny ser ikun barra mill-iskwadra li ser taffaċċja lil Molde fl-Europa League.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA