Waterpolo
San Giljan ikomplu jiddominaw

Il-bieraħ intlagħbu żewġ partiti oħra mill-Kampjonat tal-Waterpolo.

Fl-ewwel logħba Exiles Ferretti għelbu lil Birżebbuġa Malta Freeport 12-11. L-iskors tas-sessjonijiet kien 3-2, 4-1, 4-4 u 1-4.

U fil-logħba l-aktar mistennija tal-ġurnata bejn ir-rivali San Giljan Tum Invest u Neptunes kienu l-Ġiljaniżi li rebħu dan il-konfront 10-6. L-iskor tas-sessjonijiet 5-1, 1-3, 2-1 u 2-1. B’din ir-rebħa huma baqgħu fl-ewwel post b’21 punt.

Illum jilgħabu M’Xlokk kontra Otters u Valletta kontra Ta’ Xbiex.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra

Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni – Play-offs Otters Nivea 4   Marsaxlokk Brown’s 11 Rebħa komda oħra għal Marsaxlokk kontra Otters meta rebħulhom 11-4. Ix-Xlukkajri rebħu l-erba’ sessjonijiet 2-1, 4-2, 2-1 u…

Fil-Pixxina Nazzjonali llejla jintlagħbu l-logħbiet ta’ ritorn tal-play-offs tal-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Fl-ewwel logħbiet bejniethom jumejn ilu, Marsaskala kienu rebħu lil Ta’ Xbiex b’gowl wieħed, filwaqt li Marsaxlokk kellhom vantaġġ komdu…

Kampjonat BOV Premier Exiles Ferretti 8   Sirens Mecca Marine Enterprises 9 Il-gowl farrad minn 17 kien biżżejjed biex Sirens għelbu lil Exiles bil-punteġġ ta’ 9-8 f’logħba kumbattuta mill-Kampjonat BOV Premier….

Aktar