Waterpolo
San Ġiljan jirbħu b’faċilita’ d-derby kontra Neptunes, kampjonat iktar viċin

Waterpolo: Kampjonat Nazzjonali tal-ASA 2017. Illejla fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq logħba mistennija ferm mill-kampjonat Premier dik bejn Neptunes Leo Vegas u San Ġiljan TUM Invest.

F’dan il-konfront rebħa għal San Ġiljan fuq Neptunes bl-iskor ta’ 14-4. Scores tas-sessjonijiet San Ġiljan l-ewwel 6-2, 4-1, 1-0 u 3-1. Referees tal-partita kienu Massimiliano Sponza u Massimo Angileri. L-Aħjar skorers fil-logħba kienu Cousin u Ivovic li skorjaw 3 goals kull wieħed għal San Ġiljan. Rebħa oħra din li tressaq iktar lil San Ġiljan viċin ir-rebħ ta’ dan il-kampjonat.

Iktar qabel mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni: Marsaxlokk Fischer 11 – Otters Nivea 9. L-aħjar skorer fil-logħba kien Charlie Zammit ta’ Otters li skorja 4 goals.

U draw ta’ 8-8 bejn Valletta u Sirens. Sessjonijiet: (2-2)(0-1)(3-4)(3-1)
Partita milgħuba aktar bilanċjata minn dik ta’ qabel. Sirens u Valletta kienu iżjed kawti fl-ewwel sessjoni u damu ħafna mumenti biex irrankaw. Sessjoni spiċċat fi draw ta 2-2. Fit-tieni sessjoni rajna ħafna logħob ‘il fuq u ‘l isfel u anqas gowls . Kienu Sirens li rebħu b’gowl minimu ta’ 1-0. It-tielet sessjoni kienet aktar movimentata u rajna xejn anqas minn 7 gowls. Kienu sirens li rebħu 4-3. L-aħħar sessjoni kienet bilanċjata mmens u t-timijiet riedu jagħtu l-aħjar biex jirbħu l-punti . Pero’ Valletta urew logħob aħjar u rebħu s-sessjoni 3-1 għal skor finali 8-8. Top Scorer fil-logħba kien Christian Presciutti ta’ Sirens bi tliett gowls .

Referees: Ronnie Spiteri u Andrea Baretta

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

L-ASA għadha kemm ippublikat il-fixtures riveduti tagħha għall-kontinwazzjoni tal-istaġun fosthom il-logħbiet tal-finali tal-kampjonat BOV Premier finali li se tkun fuq l-aħjar minn tliet logħbiet. Skond il-fixtures riveduti l-ewwel logħba bejn…

Skond il-paġna ta’ facebook tal-programm Swim Up ta’ TVM Sport plejer ta’ Neptunes irriżulta pożittiv wara li għamel swab test qabel il-logħba tal-bieraħ bejn Neptunes u Sliema. Il-plejer li ismu…

Neptunes WPSC 11   Sliema Frank Salt Real Estate 7 Fit-tielet logħba tal-play-offs Neptunes għelbu lil Sliema bil-punteġġ ta’ 11-7. Il-logħba kienet pjuttost movimentata b’Neptunes jirbħu l-ewwel sessjoni 3-1, u Sliema…

Aktar