Local Sports
Sandro Micallef elett mill-ġdid President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport

Il-ġurnalist ta’ TVMSport Sandro Micallef reġa’ kien elett fil-kariga ta’ President tal-Għaqda Ġurnalisti Sport waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-assoċjazzjoni li saret it-Tlieta filgħaxija.

Micallef okkopa din il-kariga ta’ President għal dawn l-aħħar erba’ snin u ma kienx kontestat waqt din il-Laqgħa Ġenerali Annwali.

Filwaqt li rringrazzja lill-membri tal-fiduċja hu rrimarka li dan se jkun l-aħħar terminu tiegħu bħala President hekk kif jaħseb li wara tmien snin l-Għaqda Ġurnalisti Sports jkun tajjeb li jkollha tmexxija ġdida biex din l-assoċjazzjoni tal-media sportiva tibqa’ tiġedded.

Waqt il-Laqgħa Ġenerali annwali Lorraine Cunningham u Stephen Azzoaprdi kienu konfermati fil-karigi ta’ Segretarju Ġenerali u Teżorier rispettivament.

Miktub minn...
TVM Sport