Futbol lokali
FILMAT: Santa Lucia jagħtu t-tieni telfa konsekuttiva lil Gudja Utd 

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21

St.Lucia……….3

Gudja U……….2

Santa Lucia jiksbu rebħa tajba ta’ 3-2 kontra Gudja U., rebħa meritata għal ta’ Santa Lucia f’partita ikkumbattuta ferm, fejn ir-reazzjoni ta’ Gudja U. f’dan id-derby ma tkunx biżżejjed biex jiksbu xi ħaġa minn dan il-konfront.

Fit-8 minuta, fl-ewwel azzjoni denja tal-partita, Santa Lucia fil-vantaġġ, xutt mix-xellug fil-kaxxa ta’ Alan da Silva Souza, ballun fix-xibka, Santa Lucia 1-0 Gudja U.

25 minuta, free-kick għal Gudja U., free-kick ta’ Yuri Messias minn barra l-kaxxa, ballun barra, biex minuta wara Santa Lucia jirdupjaw, meta kross mil-lemin, Glenn Zammit f’indeċiżjoni itajjar parzjalment, b’Alan da Silva Souza iqabbeż minn fuqu u jitfa’ fix-xibka mix-xellug, għal Santa Lucia 2-0 Gudja U.

Gudja U. fit-43 minuta jnaqqsu d-distakk, ikun korner mil-lemin, li jidħol tajjeb għalih l-ex-Qormi Tensior Gusman li jitfa’ fix-xibka, għal tmiem l-ewwel taqsima, Santa Lucia 2-1 Gudja U.

Tieni taqsima; 48 minuta, Gudja U. ikollhom xutt minn barra l-kaxxa ta’ Llywelyn Cremona, ballun imtajjar f’korner minn Christopher Farrugia, korner li minnu l-Gudjani komplew jheddu l-lasti ta’ Santa Lucia, pero’ dawn tal-aħħar jirnexxilhom eventwalment jeħilsuha ħafif.

62 minuta u Santa Lucia din id-darba jkollhom ċans tajjeb li jagħmluhom 3-1, imma Kevin Ante Rosero jitfa’ barra mix-xellug. 65 minuta, Gudja U. ikollhom free-kick ta’ Yuri Messias minn barra l-kaxxa mil-lemin, ballun pero’ ftit barra mil-lasti ta’ Christopher Farrugia bejn il-lasti ta’ Santa Lucia.

67 minuta pero’ u Santa Lucia jagħmluhom 3, u Kevin Ante Rosero jitfa’ fix-xibka fil-baxx mix-xellug minn ġol-kaxxa, wara azzjoni tajba ta’ Santa Lucia.

84 minuta, Gudja U. inaqqsu d-distakk permezz ta’ Yuri Messias b’xutt mil-lemin fil-baxx minn ġol-kaxxa, għal Santa Lucia 3-2 Gudja U.

88 minuta u Gudja U. saħansitra jispiċċaw b’10 min-nies meta jitkeċċa Aidan Jake Friggieri fuq 2 karti sofor.

Riżultat finali-St.Lucia 3-2 Gudja U.

BOV Plejer tal-Partita-Alan da Silva Souza (St.Lucia)

Referee-Emanuel Grech

Formazzjonijiet:

St.Lucia-C.Farrugia, T.Tabone Desira, A.Prates Rodrigues, K.Correia, A.Magri Overend (71′ M.Camilleri), A.da Silva Souza (C), K.Ante Rosero, V.Luiz Filho, J.Zerafa, R.Tachikawa, K.Xuereb

Gudja U.-G.Zammit (C), J.Farrugia (45′ J.Brincat), Y.Messias, A.J.Friggieri, T.Gusman, L.Cremona (74′ T.Vella), I.Gonzalez Benac, N.A.Micallef, J.Bolanos, D.Camilleri, P.Silva Mota.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.