Futbol lokali
Santa Lucia jieħdu lil Adam Magri Overend
It-team promoss ġdid fil-Kampjonat BOV Premier Santa Lucia akkwista l-firma taż-żagħżugħ promettenti Adam Magri Overend għall-bqija tal-istaġun 2019-20.
Adam b’hekk isegwi fil-passi ta’ ħuh Jamie mal-istess club.
Adam Magri Overend diġa rebaħ il-kampjonati nazzjonali fil-livell ta’ taħt is-17 u d-18-il sena fl-aħħar żewġ staġuni ma’ Luxol St Andrews.
Huwa lagħab anke mat-team nazzjonali ta’ taħt it-19-il sena fit-tournament ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA f’Novembru li għadda: meta Malta rebħet mal-Litwanja, ġiet draw mal-Belġju u tilfet biss ma’ Franza.
Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Emmanuel Bartolo, gowlkiper ta’ Hamrun Spartans u Destin Mambouana, plejer ta’ Tarxien Rainbows, ġew sospiżi partita mill-Kummissarju tad-Dixxipplina tal-Malta Football Association. Iż-żewġ plejers iridu jiskontaw il-partita li jmiss mill-Kampjonat BOV…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/20 VALLETTA FC……….1 FLORIANA FC………1 Quddiem folla ta’ madwar 3,800 spettatur ir-rivali Valletta u Floriana ħadu punt kull wieħed hekk kif il-Beltin ġabu l-goal tad-draw fl-aħħar sekondi…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2019/2020 Gudja Utd……1 St Lucia……..1 Wara 6 minuti logħob xutt ta’ David Mendoza spiċċa ftit barra. Fl-20 minuta xutt tas-sostitut Omar Elouni ġie salvat mill-goalkeeper Debono. Fis-27…

Futbol lokali

Suċċess ieħor għall-Assoċjazzjoni tal-Malta Veterans taħt it-tmexxija tal-President Lino Bartolo hekk kif it-team spiċċa bħala runner up f’Tournament internazzjonali bl-isem ta’ Ascoli Veterans Cup fejn it-team Malti wasal sal-finali u…

Aktar