BOV Premier League 2021/22
Santa Lucia jaħsdu lil Birkirkara u jiksbu l-ewwel rebħa

Kampjonat BOV Premier 2021/22

Santa Lucia …… 2
Birkirkara ……… 0

St.Lucia jiksbu l-ewwel rebħa b’ żewġ goals fl-ewwel taqsima.
Qabel il-partita Luke Montebello ingħata t-Trofew tal-Bov Player tax-xahar t’Ottubru. Dan it-trofew gie ippreżentat mill-Viċi President tal-MFA Dr. Matthew Paris.
Bidu tajjeb għall-St.Lucia meta wara biss 10 minuti Jamie Zerafa waħdu quddiem Fernandes jara l-goalkeeper karkariż idawwar il-ballun għall-corner.
Minuta biss wara St.Lucia jkollhom goal imħassar għall-offside.
Fit-23 minuta Jamie Zerafa jdabbar il-karta safra għall-foul f’ nofs il-ground.
Żewġ minuti biss wara St.Lucia jiftħu l-iskor. Kien corner mogħti ferm tajjeb minn Alan Souza u daqqa ta’ ras mill-isbaħ ta’ Gianmarco Conti tegħleb għall-kollox lil Daniel Fernandes.
Fil-35 minuta St.Lucia jingħataw penalty sagrosant wara li Vito Plut twaqqa fil-kaxxa minn Pepe li ġie ukoll muri l-karta safra. Mill-11 -il metru Alan Souza jagħmel l-iskor 2-0.
Fl-40 minuta Alan Souza jdabbar il-karta safra għall-foul li wettaq.
Fit-43 minuta Birkirkara spiċċaw jilgħabu b’10 players hekk kif Pepe intwera l-karta safra għall-foul t’ostruzzjoni, u eventwalment il-karta ħamra.
Fil-ħin miżjud Dexter Xuereb dabbar il-karta safra.
Wara 3 minuti miżjuda fuq il-ħin regolamentari intemmet l-ewwel taqsima St.Lucia 2 Birkirkara 0.
Fit-48 minuta Victor Filho jdabbar il-karta safra.
Fil-50 minuta Birkirkara jappellaw għall-penalty li iżda r-referee ħalla l-logħob għaddej.
Fit-53 minuta corner għall-St.Lucia bil-ballun jiġi maqluħ bir-ras minn fuq il-linja fatali.
Fis-siegħa logħob St.lucia spiċċaw jilgħabu b’10 players ukoll wara li Victor Filho intwera t-tieni karta safra ukoll.
Fil-65 minuta freekick dirett mogħti ferm tajjeb minn Diego Venancio jgħaddi ftit għoli.
Fis-76 minuta Oscar Carniello jintwera l-karta safra.
Fit-80 minuta J.Archibald jiġi muri l-karta safra fuq telf ta’ ħin.
Fit-83 minuta freekick dirett ta’ Venancio jkun salvat fil-baxx minn Archibald.
Il-ħin miżjud kien ta’ 5 minuti.
Referee: Philip Farrugia
Bov Player tal-loghba: Alan Souza St.Lucia
Formazzjonijiet
Santa Lucia: J.Archibald, A.Prates, J.Pisani, N.Pulis, G.Conti(87 A.Vella), P.Silva, V.Plut(71 F.Farias), A.Souza(66 J.Tanti), V.Filho(60 R.C.), J.Zerafa(66 K.Xuereb),D.Xuereb.
Birkirkara: D.Fernandes, E.Pepe(43 R.C.), Y.Yankam(45 K.Bevis), L.Montebello, P.Mbong(45 C.Bonanni), F.Falcone(45 R.Scicluna),C.Attard, O.Carniello(90 J.Valletta), L.Aguirre, J.Macedo(79 N.Borg), D.Venancio.

Miktub minn...
Rodney Vassallo