Sassuolo jsejħu lura lil Di Francesco minflok Malesani

Kif kien mistenni, t-tim tal-qiegħ fis-Serie A Sassuolo keċċew lil kowċ Alberto Malesani wara ftit iktar minn xahar fil-kariga, biex minfloku sejħu lura lil Eusebio Di Francesco.

Fatali għal Malesani kienet it-telfa f’darhom li Sassuolo sofrew il-Ħadd kontra Parma bl-iskor ta’ 1-0.

Telfa li kienet il-ħames waħda konsekuttiva minn daqstant partiti minn meta Malesani ħa t-tim f’idejh.

Min-naħa tiegħu, Di Francesco li kien l-eroj tal-klabb minn Reggio Emilia l-istaġun li għadda, wara li għenhom jiksbu promozzjoni storika fl-ogħla diviżjoni, issa għandu l-kompitu diffiċli li jipprova jsalva lil Sassuolo mir-relegazzjoni hekk kif it-tim jinsab fil-qiegħ tal-klassifika bi 17-il punt.

Fir-ritorn tiegħu bħala kowċ ta’ Sassuolo, Eusebio Di Francesco nhar il-Ħadd li ġej jaffronta konfront dirett fin-naħa t’isfel tal-klassifika kontra Bologna.

Malesani nħatar kowċ ta’ Sassuolo fit-28 ta’ Jannar li għadda, u minn dakinhar mexxa lit-tim ħames darbiet li kollha rriżultaw f’telfiet, kontra Verona, Inter, Napoli, Lazio, u propju l-bieraħ kontra Parma.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar