
Ibburdjar
Scallywag ikollu jirtira mit-tellieqa Sydney – Hobart
Is-super-maxi jott minn Hong Kong, Scallywag, spiċċa kellu jirtira mit-tellieqa Sydney – Hobart meta kien jinsab fir-raba’ post. Il-jott li huwa ta’ Seng Huang Lee irnexxielu jaqbeż Sydney Heads meta kien fir-raba’ pożizzjoni, imma ftit wara inqalgħetlu l-ħsara u kellu jirtira.
Scallywag kien wieħed minn ħames super-maxi jotts, bi Black Jack ikun fuq quddiem b’vantaġġ ta’ madwar minuta fuqu fil-bidu tat-tellieqa. Il-jott immexxi mill-iskipper Mark Bradford approfitta mir-riħ ħafif li qam malli kienu resqin lejn il-bokka tal-port, imma sa dak il-ħin, Scallywag kien diġa’ niżel fir-raba’ post u nqabeż minn Comanche u Wild Oats XI u ftit aktar wara anke nqabeż minn Infotrack.