Ċikliżmu
Schurter u Forster jirbħu t-tielet tellieqa konsekuttiva fl-istaġun tal-Mountain Bike

Nino Schurter u Lars Forster komplew bid-dominju tagħhom fit-tlielaq tal-Mountain Bike meta lbieraħ rebħu fl-Afrika t’Isfel. Iż-żewġ ċiklisti Żvizzeri kienu rebħu t-tellieqa ta’ qabel l-istaġun, kif ukoll l-ewwel stadju, u lbieraħ komplew jibbrillaw meta fuq distanza ta’ 90 kilometru minn Hermanus s’Oak Valley, huma reġgħu ħarġu rebbieħa. F’din it-tellieqa fl-Afrika t’Isfel kellhom żewġ għoljiet interessanti, fejn kellhom jaqdfu sa 2,250 metru mil-livell tal-baħar.

Huma rnexxilhom jirbħu dan it-tieni stadju bi ftit aktar minn 2 minuti u nofs, u għalhekk issa għandhom ftit aktar minn 4 minuti vantaġġ fuq il-koppja ta’ warajhom, il-Ġermaniż Manuel Fumic u l-Brażiljan Henrique Avancini.

Fil-kategorija tan-nisa, id-Daniża Annika Langvad flimkien mal-Olandiża Anna van der Breggen ukoll kellhom it-tielet rebħa konsekuttiva, meta spiċċaw bi ftit aktar minn 2 minuti quddiem l-Iżvizzera Ariane Luthi u l-Pollakka Maja Wloszczowska.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

Il-Birkirkara St. Joseph Sports Club, flimkien mal-Kumitat tar-Reġjun Ċentrali ospita l-BSJ Arch Criterium, ġewwa Fleur de Lys nhar il-Ħadd li għadda, bħala parti mill-programmi sportivi mnedija mir-Reġjun. It-tellieqa kellha erbgħin…

Ċikliżmu

Aktar minn 4,000 ċiklist minn 41 pajjiż differenti ħadu sehem f’tellieqa iebsa ta’ 86 kilometru fuq l-Alpi Taljani s-Sibt li għadda. Din kienet l-għaxar edizzjoni tal-BMW Hero li telqet minn…

Ċikliżmu

Il-Belġjan Wout van Aert rebaħ il-ħames stadju tal-Criterium du Dauphine biex b’hekk rebaħ żewġ stadji wara xulxin. Iċ-ċiklist tat-tim Jumbo-Visma għeleb l-isfida tal-Irlandiż Sam Bennett biex fl-isprint rebaħ l-istadju fuq…

Ċikliżmu

Fil-ġurnata lil Chris Froome jinsab l-Isptar għall-intervent kirurġiku wara li kien involut f’inċident fil-Criterium du Dauphine, illum ħarġet l-aħbar ta’ każ ieħor ta’ doping f’dan l-isport. Din id-darba kien l-Ispanjol Juan…

Aktar