Futbol internazzjonali
Scolari offrut il-kariga li jmexxi lill-Kolumbja

Luiz Felipe Scolari ġie offrut il-kariga ta’ kowċ Nazzjonali tal-Kolumbja.

Scolari li fil-passat mexxa ukoll lit-teamijiet Nazzjonali tal-Brazil u l-Portugall kif ukoll għamel perjodu fit-tmexxija ta’ Chelsea fl-Ingilterra, x-xahar li għadda mexxa lit-team Braziljan Palmeiras għar-rebħ tal-Kampjonat Braziljan, ikkonferma li kien qed jikkunsidra l-possibilta li jieħu post Jose Pekerman, li ħalla l-irwol tiegħu fit-tmexxija tal-Kolombja wara l-eliminazzjoni bil-penalties kontra l-Ingilterra fl-aħħar edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja is-sajf illi għadda fir-Russja.

Fis-sena elfejn u tnejn Scolari mexxa lill-Brazil għar-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fil-Ġappun fis-sena elfejn u tnejn, izda jibqa msemmi ukoll li taħt it-tmexxija tiegħu l-Brazil sofrew l-aghar telfa fl-istorja tagħhom meta f’darhom stess kienu sofrew telfa umiljanti ta’ 7-1 fis-semifinali tat-Tazza tad-Dinja fil-Brazil fis-sena elfejn u erbatax.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Bob Higgins, l-ex Youth Development Officer tal-Malta Football Association, instab ħati fuq 45 kap ta’ akkuża ta’ abbuż sesswali fuq 23 tifel. Higgins kien ingħata din il-kariga fl-MFA f’Lulju tal-1989…

Futbol internazzjonali

Skont il-manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, it-tim li jirnexxielu jżomm kompost fil-grawnd u ma jħallix l-emozzjonijiet jiġru bih, se jirbaħ il-finali taċ-Champions League fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Skont…

Futbol internazzjonali

Polonja 0 Kolombja 2 Il-pajjiż ospitu, il-Polonja, bdew l-esperjenza tagħhom f’din it-Tazza tad-Dinja fuq sieq waħda meta fil-logħba inawgurali tilfu kontra l-Kolombja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls tal-Kolombja kienu skurjati wieħed…

Futbol internazzjonali

L-ex stilla Arġentin Diego Armando Maradona kien imwaqqaf l-ajruport ta’ Buenos Aires u aktar tard kien arrestat wara li l-ex maħbuba tiegħu qiegħda tfittxu bil-Qorti. Rapporti li ħerġin mill-Arġentina qegħdin…

Aktar