Futbol internazzjonali
“Se jkun stramb ħafna ngħollu t-trofew fi stadium vojt” – Jordan Henderson

“Li se nilagħbu f’Anfield u ngħollu t-trofew fi stadium vojt mingħajr partitarji hu stramb ħafna,” qal Jordan Henderson, il-captain ta’ Liverpool.

Ir-Reds kienu fil-quċċata tal-klassifika meta twaqqaf l-istaġun u għandhom bżonn żewġ rebħiet biss mill-aħħar disa’ partiti biex jirbħu l-Premier League Ingliż.

Liverpool rebħu l-aħħar kampjonat fl-1990.

Fl-Ingilterra, kulħadd qed jistenna li l-kampjonat ikompli f’Ġunju wara li ġie sospiż fit-13 ta’ Marzu li għadda minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Henderson qal li l-partitarji ta’ Liverpool jagħmlu differenza kbira u li d-dinja kollha hi konxja ta’ dan.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Serie A: Lazio l-bieraħ filgħaxija tilfu l-opportunita’ li jżommu ‘l pass ma’ Juventus hekk kif fi Stadio Olimpico kienu mgħeluba bl-iskor ta’ 3-0 minn Milan. Ir-Rossoneri filvantaġġ mit-Tork Hakan Calhanoglu…

Futbol internazzjonali

Andrea Pirlo se jinħatar kowċ tat-tim ta’ taħt it-23 sena ta’ Juventus. ‘Il Maestro’, hekk kif inhu magħruf, ġab il-liċenzja ta’ kowċ minn Coverciano stess. Hu kien irtira fl-2017. Skont…

Futbol internazzjonali

Għal xhur sħaħ kien hemm diversi għidut u spekulazzjonijiet li Lionel Messi, il-captain ta’ Barcelona, irid jitlaq lit-tim. Matul il-pandemija tal-Covid-19 l-Arġentin kien wieħed mill-plejers li attakka l-amministrazzjoni tal-klabb fil-miftuħ,…

Futbol internazzjonali

Real Madrid 1   Getafe 0 Real Madrid resqu pass eqreb viċin it-titlu meta għelbu lil Getafe 1-0. Din ir-rebħa fissret 3 punti oħra għal-Los Blancos li issa fetħu 4 punti…

Aktar