Atletika
FILMAT: Se nibqa’ naħdem u nittrenja biex inkun fl-Olimpijadi tas-sena 2021 – Charlotte Wingfield

Għalkemm ħafna Kumitati Olimpiċi madwar id-Dinja esprimew sodisfazzjon għal fatt li l-Olimpijadi tas-Sajf li ġej f’Tokyo ġew posposti minħabba l-kriżi Coronavirus, hemm diżappunt ovvju min naħa tal-atleti.

Id-diżappunt minn dawn l-atleti mhux espress minħabba li ġew posposti l-Olimpijadi għal raġunijiet ta’ prekawzjoni ta’ saħħa iżda diżappunt għaliex wieħed se jkun tilef it-taħriġ fiżiku u mentali li kien għamel tul dawn l-aħħar xhur biex ikun fl-aqwa forma u fl-aħjar kundizzjoni eżatt qabel l-Olimpijadi.

Eżempju ċar hu tal-atleta Maltija Charlotte Wingfield li hi bbażata f’Wales fejn f’post fuq il-Facebook tagħha qalet li kienet ħerqana ħafna li tikkompeti fl-Olimpijadi ta’ Tokyo li (kieku kienet magħżula mill-KOM) kienu se jfissru t-tieni parteċipazzjoni tagħha fl-Olimpijadi hekk kif hi kienet irrapreżentat lill-Malta fl-Olimpijadi ta’ Rio fis-sena 2016.

Wingfield qalet li wara l-uffiċjaliżazzjoni li ġew posposti l-Olimpijadi ta’ Tokyo 2020 se tagħmel dak kollu possibli sabiex tibqa’ tittrenja sabiex tkun lesta għall-kompetizzjoni tas-sena 2021. Hi ħadet l-okkażjoni sabiex appellat lil kulħadd sabiex jieħu ħsieb saħtu u lill-atleti walitilhom messaġġ qawwi biex jibqgħu motivati.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Il-maratona ta’ Boston li suppost kellha ssir f’April li għadda u kienet posposta għal Settembru minħabba l-pandemija tal-Covid-19, issa spiċċat ikkanċellata għall-ewwel darba fl-istorja. L-organizzaturi qalu li sfortunatament, għall-ewwel darba…

Atletika

L-istilla tal-Afrika t’Isfel tal-atletika Luvo Manyonga, rebbieħ tal-Midalja tad-Deheb fil-Kampjonati Dinjija tal-2017, reġa’ xellef idejh mal-ġustizzja meta din id-darba nqabad taħt effett qawwi tal-alkoħol. Manyonga kien rebaħ ukoll il-Midalja tal-Fidda…

Atletika

Il-leġġenda tal-atletika Usain Bolt sar missier għall-ewwel darba. Bolt u s-sieħba tiegħu Kasi Bennett kellhom l-ewwel wild il-Ħadd li għadda, tifla li l-isem għadu ma tħabbarx. L-aħbar għamilha uffiċjali l-Prim…

Aktar