Futbol lokali
FILMAT: “Se nilgħab bl-aqwa tim. Mhu se nieħu l-ebda riskju,” Janne Andersson, kowċ tal-Iżvezja

MARK ATTARD, minn Stokkolma, fl-Iżvezja

It-tim nazzjonali Żvediż, illum wara nofsinhar kellu sessjoni ta’ taħriġ ta’ ftit iktar minn siegħa. Is-sessjoni saret fil-Friends Arena Stadium, fi Stokkolma, l-istadium fejn għada tintlagħab il-partita kontra Malta.

Is-sessjoni ta’ taħriġ tat-tim Żvediż kienet waħda pjuttost ħafifa, tal-inqas sal-ħin li l-media kellhom il-permess isegwu.

Aktar pussess tal-ballun u passes qosra f’atmosfera ta’ ċajt u kultant daħk bejn plejer u ieħor.

L-attenzjoni tal-media Żvediża kienet l-aktar fuq Robin Olsen, il-gowlkiper ta’ AS Roma; Filip Helander, id-difensur ta’ Bologna; Pontus Jannson, difensur ta’ Leeds Utd; Albin Ekdal, midfielder ta’ Sampdoria u Robin Quaison, attakkant ta’ Mainz 05.

Fil-konferenza ta’ wara t-taħriġ, Janne Andersson, il-kowċ nazzjonali Żvediż, qal li l-Iżvezja bilfors li jridu jirbħu partiti bħal dawn jekk iridu jikkwalifikaw minn dan il-Grupp u għaldaqstant, ma kien se jieħu l-ebda risku ‘għax kontra Malta.’

Mistoqsi minn TVM Sport jekk rax u segwix lit-tim nazzjonali Malti fl-aħħar snin, Andersson qal:

“L-aħħar li segwejt lil Malta kien fl-1973 iżda rajt diversi partiti fuq it-televiżjoni. Malta jiddefendu tajjeb ħafna iżda ma jiskurjawx ħafna gowls. Nammetti li aħna l-favoriti. L-aktar importanti tkun li nirbħu u nieħdu t-tliet punti,” qal Andersson.

Mistoqsi jekk għal għada hux se jilgħab bl-aqwa formazzjoni jew jekk hux se jħalli l-aħjar għat-Tnejn li ġej kontra Spanja, Andersson għamilja ċara li se jkunu qed jilagħbu l-aktar plejers fil-forma.

“Se nilgħab bl-aqwa tim. Mhu se nieħu l-ebda riskju,” qal Andersson.

Fl-istess konferenza tkellem Albin Ekdal, plejer ta’ Sampdoria, li kompla fuq dak li qal il-kowċ tiegħu.

“Irridu naħsbu biex l-ewwel nirbħu l-partita u mhux kemm se niskurjaw gowls. Xi kultant ikun diġà diffiċli tirbaħ il-partita. L-importanti għalina huma t-tliet punti,” qal Ekdal.

Intant, il-konferenza stampa ta’ Malta u t-taħriġ uffiċjali jsir illejla fl-istess stadium għal ħabta tas-18.30.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Aħbar traġika li tolqot lill-player Brażiljan li lagħab ma’ Birkirkara fil-Kampjonat BOV Premier l-istaġun li għadda: Tiago de Souza Brito: li jinsab l-isptar f’kundizzjoni gravi f’pajjiżu wara inċident tat-traffiku. Id-dettalji…

Futbol lokali

L-ex-referee Taljan Matteo Trefoloni se jmexxi s-seminar li jkun organizzat mid-dipartiment tar-referees tal-MFA f’Awwissu għall-uffiċċjali kollha tal-logħba qabel l-istaġun domestiku ġdid. Trefoloni se jkun it-tieni isem prominenti mill-qasam tar-referees internazzjonali…

Futbol lokali

L-Assoċjazzjoni tal-coaches, il-Malta Football Coaches Association għamlitha ċara mhux aċċettabbli li Clubs lokali speċjalment tal-Premier jibqgħu jaħtru coaches mingħajr il-liċenzja adekwata. Dan qalu Lolly Aquilina l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Coaches li tenna…

Futbol lokali

‘Forward Together’…’Flimkien ’il Quddiem’, hu l-isem tal-kampanja ta’ Bjorn Vassallo, kandidat għall-elezzjoni ta’ President tal-Malta Football Association, li se ssir fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-20 ta’ Lulju li ġej. F’konferenza ta’…

Aktar