Olimpijadi TOKYO 2020
Seba’ każijiet ġodda ta’ Covid-19 fil-Villaġġ Olimpiku ta’ Tokjo

Seba’ każi ġodda ta’ Covid-19 fil-Villaġġ Olimpiku ta’ Tokjo, biex issa n-numru totali tela’ għal 155.

Minn informazzjoni maħruġa mill-Kumitat Organizzativ jidher li tnejn mis-seba’ persuni huma atleti.

L-organizzaturi għamlu sistema ta’ ‘bużżieqa’ fejn l-atleti flimkien mal-uffiċjali u l-kontinġenti jiġu ttestjati kuljum, biss jidher li xorta waħda qiegħda tkun sfida kbira biex jikkontrollaw it-tixrid tal-virus.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA