Sports Internazzjonali
Sebastian Rossi jispiċċa jitħarreġ fil-pool tal-maħbuba tiegħu

Il-canoer Arġentin Sebastian Rossi kellu jsib mezz ġdid ta’ taħriġ f’nofs il-pandemija tal-Covid-19. Rossi, ta’ 28 sena, qiegħed jitħarreġ fil-pool tal-maħbuba tiegħu b’sistema differenti minn tas-soltu. Fejn qabel kien imur fix-xmajjar għat-taħriġ, issa rabat il-canoe mas-siġar tal-palm, filwaqt li jaqdef b’kemm għandu saħħa.

Sebastien Rossi ddebutta internazzjonalment fl-2007 fil-Brażil waqt il-Pan American Championships. L-aqwa midalja għalih s’issa hija tal-fidda li rebaħha s-sena li għaddiet f’Lima, fil-Logħob Pan American. It-tama tiegħu hi li fl-Olimpjadi ta’ Tokjo jmur pass aħjar, ħolma li bħal-logħob ser ikollu jipposponiha għas-sena d-dieħla.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA