Motorsport
Sebastien Ogier l-aktar veloċi fix-shakedown ta’ Spanja

Il-Franċiż Sebastien Ogier kien l-aktar veloċi fix-shakedown tar-Rally ta’ Spanja, meta qed jittama li jikkonferma titlu ieħor fi tmiem din il-ġimgħa.

Ogier kien aktar veloċi mill-Belġjan Thierry Neuville fuq il-Hyundai u għaddieh b’0.6 sekondi. Il-Brittaniku Elfyn Evans temm fit-tielet post 0.2 sekondi wara Neuville.

Wara r-Rally ta’ Spanja jkun fadal l-aħħar Rally tal-istaġun, u għalhekk Ogier jista’ jirbaħ it-tmien Kampjonat fil-karriera tiegħu jekk kemm-il darba jirnexxielu jkollu 6 punti aktar minn Elfyn Evans nhar il-Ħadd li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA