Motorsport
Sebastien Ogier l-aktar veloċi fl-ewwel stadju tar-Rally tal-Greċja

Il-Franċiż Sebastien Ogier irkupra mid-diżappunt tax-shakedown tal-Ħamis filgħodu, meta waranofsinhar rebaħ l-istadju t’Ateni fir-Rally tal-Greċja.

F’wieħed mill-aktar stadji veloċi fuq distanza ta’ 0.98 kilometri, Ogier temm 0.6 sekondi quddiem Elfyn Evans u 0.8 sekondi quddiem Kalle Rovanpera li kien l-aktar veloċi fix-shakedown.

B’hekk Ogier kabbar id-distakk fil-quċċata tal-klassifika u issa għandu 187 punt, segwit minn Evans b’142 punt u Thierry Neuville li għandu 136 punt.

Dan ir-Rally qed jirritorna fil-Greċja wara li kien ilu nieqes mill-2013.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA